Impjegati tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jiġbru fondi għall-Fondazzjoni Sebħ
Impjegati tal-Bank Ċentrali ta' Malta ppreżentaw donazzjoni ta' €500 lill-Fondazzjoni Sebħ. Is-somma nġabret mill-impjegati waqt avveniment ta' ġbir ta' fondi li ttella' mill-Klabb Soċjali tal-Impjegati tal-Bank. Dan l-avveniment ġie organizzat bħala appoġġ għal erba' impjegati li x-xahar li għadda pparteċipaw fil-Camino de Invierno fi Spanja. L-għotja mill-Bank Ċentrali ta' Malta kienet apprezzata ħafna mis-Sinjura Yvonne Mallia, Direttriċi tal-Fondazzjoni Sebħ, li hija responsabbli għall-proġett taċ-ċentru terapewtiku l-ġdid. Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta rrikonoxxa l-impenn ġeneruż tal-impjegati tal-Bank u afferma wkoll l-appoġġ kontinwu tal-Bank għal inizjattivi bħal dawn.

Il-Gvernatur Scicluna flimkien mas-Sinjura Yvonne Mallia, Direttriċi tal-Fondazzjoni Sebħ