Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jindirizza lill-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja tal-Kamra tad-Deputati
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna indirizza u ta preżentazzjoni lill-Kumitat dwar l-Affarijiet tal-Familja tal-Kamra tad-Deputati fis-7 ta’ Marzu 2023.
Il-Gvernatur Scicluna indirizza lill-Kumitat permezz ta’ preżentazzjoni dettaljata dwar is-suġġett tal-inflazzjoni f’Malta. Il-Gvernatur kien akkumpanjat minn Dr Aaron Grech, Chief Economist tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
L-indirizz tal-Gvernatur ġie mxandar pubblikament u huwa aċċessibbli hawn.
