Events

Avvenimenti tal-Bank Ċentrali

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jorganizza varjetà wiesgħa ta’ avvenimenti li huma miftuħin għall-pubbliku. Diversi avvenimenti huma wkoll imxandrin b’mod dirett fuq il-midja soċjali. Segwina fuq LinkedIn u fuq Facebook (Central Bank of Malta – Events) sabiex tibqa’ aġġornat/a. Meta jkun possibbli, il-Bank itella’ materjal li jkun relatat mal‑avvenimenti fuq is-sit elettroniku tiegħu, materjal li jvarja minn vidjows għal testi ta’ diskorsi li jkunu saru u preżentazzjonijiet. Fittex l-icon ta’ YouTube sabiex taċċessa l-vidjows.

Jekk tixtieq li tibda tirċievi notifiki dwar avvenimenti fil-futur, jekk jogħġbok irreġistra hawn

Jekk jogħġbok innota li diversi avvenimenti jeħtieġu reġistrazzjoni qabel u oħrajn miftuħin biss bi stedina.

Il-lekċers pubbliċi jinvolvu firxa estensiva ta’ suġġetti fosthom l-ekonomija u l-finanzji, il-liġi tal-attività tal-banek ċentrali u l-iżvilupp istituzzjonali, l-istorja ekonomika, u kif ukoll l-istorja tal-arti u l-imġiba soċjali.

Konferenzi u simpożji ta’ riċerka jrawmu diskussjoni miftuħa ma’ partijiet ikkonċernati relevanti, inklużi akkademiċi u rappreżentanti mis-suq finanzjarju. Esperti barranin minn istituzzjonijiet tal-politika u kif ukoll mill-akkademja huma ġeneralment mistiedna sabiex jaqsmu l-fehmiet u l-għarfien espert tagħhom dwar it-tema tal-konferenza.


Attivitajiet