Financial Stability
06 ta' Diċembru 2016

The Independence of Painting - Lekċer minn Luciano Micallef

  • Post: Victor Pasmore Gallery, Annexe tal-Bank Ċentrali ta' Malta, Valletta
  • Data Minn: 06/12/2016 18:30:00
  • Data Sa: 06/12/2016 19:30:00
  • Persuna għall-kuntatt: Ms Giulia Privitelli
  • Email għall-kuntatt: [email protected]

The Independence of Painting - Lecture by Luciano Micallef

"B'mod konxju llum nevita li niġi influwenzat minn xeni viżwali - minkejja kemm naħseb li huma sbieħ (u fil-fatt hekk naħseb). M'iniex interessat f'xeni 'astratti' tas-sħab jew tal-baħar. Lanqas tikka. Jien interessat li nipproduċi stampa kompletament indipendenti, li tista' tissuġġerixxi simbolu għal ideat astratti." - Victor Pasmore, The Artist Speaks, 1951 

F'din it-taħdita pubblika, l-artist Luciano Micallef jittraċċa l-linja evoluzzjonarja li tikkonsisti minn metodi paralleli u konnessi ma' xulxin għall-espressjoni, għall-ħsieb u għall-kreazzjoni artistika. Din hi l-istess linja li matulha jintroduċina, u f'ħafna dettall, għax-xogħol ta' Victor Pasmore li mmaterjalizza minn din il-linja kontinwa mill-fiżiku għall-metafiżika. Il-lingwa viżiva, il-proċess u l-ħsieb ta' Pasmore ser jiġu ppreżentati fid-dawl tal-esponenti ewlenin taċ-ċaqliq artistiku tal-bidu tas-seklu għoxrin, inklużi referenzi għall-arti Ġappuniża, kif ukoll l-esperjenza u r-riflessjonijiet personali ta' Luciano Micallef, bħala artist prattikanti, dwar il-proċess tal-idea astratta u l-ħsieb viżiv.

Il-lekċer hija bla ħlas, madankollu, min hu interessat huwa mħeġġeġ li jirriżerva post għaliex l-ispazju huwa limitat ħafna. Id-dħul għall-gallery huwa mit-Triq Ġlormu Cassar (it-triq li twassal għal Pjazza Kastilja).

Is-serje ta' Tuesday Talks hi mmexxija mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti, f'kollaborazzjoni mal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Victor Pasmore Foundation u l-Palazzo Falson Historic House Museum, u bl-approvazzjoni uffiċjali tal-Fondazzjoni Valletta 2018.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok agħfas hawn.

Lura lejn l-Arkivju