Financial Stability
01 ta' Ottubru 2016

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta miftuħ matul in-Notte Bianca 2016

  • Post: Bank Ċentrali ta' Malta, Pjazza Kastilja, Valletta
  • Data Minn: 01/10/2016 18:00:00
  • Data Sa: 01/10/2016 23:00:00
  • Persuna għall-kuntatt: Mr Clive Bartolo - 2550 3104
  • Email għall-kuntatt: [email protected]

 Il-Bank Ċentrali ta’ Malta miftuħ matul in-Notte Bianca 2016

Il-Bank Ċentrali ta' Malta ser jieħu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena tan-Notte Bianca. Dawk li jżuru l‑Bank ser ikollhom l‑opportunità li jżuru l‑mużew tal‑flus, fejn hemm għażla impressjonanti ta' muniti u karti tal‑flus fiċ-cirkolazzjoni li ntużaw f'Malta matul iż‑żminijiet, kif ukoll wirja ta' muniti antiki li ġew akkwistati riċentement. Wirja speċjali ta' muniti fiduċjarji tar‑ram maħruġin matul il‑ħakma tal‑Ordni ta' San Ġwann żgur li ser tinteressa kemm lill-esperti tan-numiżmatika kif ukoll lill-pubbliku inġenerali. Din il-wirja speċjali ser tinkludi numru ta' muniti mill‑kollezzjoni tal‑Bank, mill‑Kollezzjoni Nazzjonali ta' Heritage Malta, kif ukoll minn kollezzjonijiet privati. 

Lura lejn l-Arkivju