Rapport tal-Eurosistema dwar is-Sorveljanza
Kultant żmien, l‑Eurosistema tippubblika r‑Rapport tal‑Eurosistema dwar is‑Sorveljanza biex tinforma lill‑awtoritajiet pubbliċi, lill‑fornituri tal‑infrastrutturi tas‑suq u lill‑parteċipanti tagħhom, kif ukoll lill‑pubbliku inġenerali, dwar il‑prestazzjoni tal‑funzjoni ta’ sorveljanza tagħha u dwar il‑valutazzjoni tagħha tas‑sigurtà u s‑solidità tal‑infrastrutturi taż‑żona tal‑euro għall‑pagament, l‑ikklerjar u s‑saldu. L‑għan hu li titqajjem kuxjenza dwar żviluppi rilevanti f’dawn l‑infrastrutturi u dwar ir‑rwol tal‑Eurosistema fis‑sorveljanza ta’ dawn l‑iżviluppi biex jiġu indirizzati riskji u ineffiċjenzi potenzjali.