Il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta jipparteċipa fil‑laqgħat tal‑ECOFIN u fil‑Forum Finanzjarju tal-EUROFI fi Praga
Fid‑9 ta’ Settembru 2022, il‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, ipparteċipa fil‑laqgħat tal‑ECOFIN u tal‑EUROFI fi Praga, ir‑Repubblika Ċeka. Il-laqgħa tal-ECOFIN li għaliha attendew b’mod konġunt il-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-UE u l-Ministri għall-Finanzi tal-UE ddiskutew l-immaniġġjar tal-konsegwenzi ekonomiċi u finanzjarji għall-Ewropa li jirriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Aktar kmieni matul dak il-jum, il‑Gvernatur Scicluna pparteċipa f’diskussjoni tal‑panel tal‑EUROFI bit-titlu ‘Monetary Policy and Stagflation: Challenges and Way Forward in Europe’.


Informal ECOFIN – Working Lunch of Central Bank Governors