Għoxrin Sena tal-Karti tal-Flus u l-Muniti tal-Euro
Fis-17 ta’ Marzu 2022, il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) organizza webinar bit-titlu “20 Years of Euro Banknotes and Coins”. Dan il-webinar ġie organizzat bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Bank f’għeluq l-għoxrin anniversarju mill-ħruġ fiċ-ċirkolazzjoni tal-karti u l-muniti tal-euro. Il-ftuħ tal-webinar sar mill-Gvernatur tal-Bank, il-Professur Edward Scicluna. Huwa enfasizza l-importanza tal-euro fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea. Semma wkoll il-passi li jridu jiġu indirizzati sabiex l-unjoni monetarja tkun kompleta. Il-Professur Scicluna kkunsidra li l-isfidi futuri għall-Eurosistema jinkludu t-tibdil fil-klima u l-proġett tal-euro diġitali.
Aqra iktar hawn.

Il-Professur Edward Scicluna, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
Ritratt: Periklis Chatzigiannis