- Home
-
- Rokna tal-Gvernatur
-
- Il-Gvernatur Scicluna jipparteċipa fil-Forum tal-BĊE dwar l-Attività tal-Banek Ċentrali għall-2023
Il-Gvernatur Scicluna jipparteċipa fil-Forum tal-BĊE dwar l-Attività tal-Banek Ċentrali għall-2023
Bejn is-26 u t-28 ta' Ġunju 2023, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, ipparteċipa fil-Forum tal-BĊE dwar l-Attività tal-Banek Ċentrali, avveniment annwali organizzat mill-Bank Ċentrali Ewropew u li sar f'Sintra, il-Portugall. It-tema tal-Forum tal-BĊE dwar l-Attività tal-Banek Ċentrali għall-2023 kienet "Macroeconomic stabilisation in a volatile inflation environment". Il-Professur Scicluna kien intervistat ukoll minn Francine Lacqua għal 'The Pulse with Francine Lacqua' li xxandar fuq Bloomberg TV fit-28 ta' Ġunju 2023.

Ritratt: BĊE