Rokna tal-Gvernatur

Irtir Annwali tal-BĊE 2021

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta Edward Scicluna (xellug nett) ingħaqad mal-kontropartijiet tiegħu tal-Kunsill Governattiv fir-reġjun ta' Taunus fil-Ġermanja, għall-irtir annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew li sar bejn it-18 u l-20 ta' Ġunju 2021. Din kienet l-ewwel laqgħa mhux virtwali bejn il-membri tal-Kunsill Governattiv minn Marzu 2020.

L-irtir iffoka fuq l-avvanz tad-diskussjonijiet dwar ir-reviżjoni tal-istrateġija tal-politika monetarja tal-BĊE, li - minn dakinhar - ġiet approvata.

Irtir Annwali tal-BĊE 2021