About Us

Dr Romina Cuschieri

Romina Cuschieri, B.A. LLD, inħatret mill-ġdid bħala Membru tal-Bord tad-Diretturi fil-Bank Ċentrali ta' Malta għal perjodu ta' ħames snin b'effett mis-17 ta' Diċembru 2018, kariga li kienet tokkupa diġà matul il-perjodu 2013-2018. Dr Cuschieri hija wkoll membru tal‑Kumitat tal‑Verifika Interna tal‑Bank, membru tal‑Bord tal‑Għażla għall‑Iskema ta' Rikonoxximent bi Premju tal‑Bank Ċentrali ta' Malta u fil‑preżent President tal‑Kumitat għall‑Prevenzjoni tal‑Abbuż minn Informazzjoni Privileġġata. Hija gradwata fil-Liġi, kisbet Diploma ta' wara l-Lawrja fi Studji Notarili, kif ukoll B.A. fil-Legal & Humanistic Studies (International Relations). Hi ħadmet fil-professjoni legali għal numru ta' snin.

Dr Cuschieri kienet is-Segretarja tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) minn Mejju 2016 sa Diċembru tal-istess sena. Hi serviet bħala chairperson tal-Bord tal-Istudents’ Maintenance Grants fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE), u kienet il-Kap tat-Taqsima fl-istess unità bejn Novembru 2013 u Ottubru 2019. F’Settembru 2018, Dr Cuschieri nħatret ukoll bħala l-uffiċjal kap tal-Unità responsabbli mill-Boroż ta’ Studju. Matul l-istess perjodu mexxiet il-proġett tar-Reach High Post-Doctorate Scholarship. Minn Diċembru 2019, Dr Cuschieri okkupat il-pożizzjoni ta’ Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data fl-Università ta’ Malta sa Mejju 2021 meta bdiet tokkupa l-kariga ta’ Direttriċi tad-Dipartiment tal-Apprendistat u t-Tagħlim ibbażat fuq il-Post tax-Xogħol fi ħdan l-MCAST. Hija okkupat karigi oħra f’diversi bordijiet fosthom tal-Eżenzjoni mill-Miżati tal-Iskola fl-Istituzzjonijiet Edukattivi tal-Istat, il-Bord Nazzjonali tal-Kummissjoni kontra d-Doping, Bord ta’ Gwida tal-KPH Ltd u l-Bord Operazzjonali tat-Tagħlim ibbażat fuq il-post tax-Xogħol.

Professor Frank Bezzina