About Us

Dr Peter J Baldacchino

Peter J Baldacchino nħatar mill‑ġdid bħala Membru tal‑Bord tad‑Diretturi tal‑Bank Ċentrali ta' Malta għal perjodu ta' ħames snin b'effett mill‑14 ta' April 2018. Din hi t‑tielet darba li Dr Baldacchino ġie maħtur biex iservi fuq il‑Bord tal‑Bank Ċentrali ta' Malta (1996, 2013, 2018).

Dr Baldacchino hu Konsulent tar‑Rettur għall‑Affarijiet Finanzjarji u Kap tad‑Department of Accountancy, FEMA, fl‑Università ta' Malta. Hu Fellow tal‑Association of Chartered Certified Accountants u tal‑Malta Institute of Accountants, u għandu Ph.D kif ukoll M. Phil. mill‑University of Loughborough Business School. L‑ispeċjalizzazzjoni tiegħu hi fil‑governanza korporattiva, fl‑istrateġija finanzjarja u fil‑verifika interna/esterna, b'referenza partikolari għall‑implikazzjonijiet fuqhom taċ‑ċokon tal‑istat. Hu jgħallem fi programmi ta' wara l‑lawrja f'dawn l‑oqsma u ħareġ diversi pubblikazzjonijiet relatati f'diversi ġurnali akkademiċi internazzjonali akkreditati. Dr Baldacchino hu wkoll il‑President tal‑Maltese Accountancy Board u tal-Quality Assurance Oversight Sub-Committee tal‑istess Bord, kif ukoll Direttur tal‑University Group of Companies. Hu għandu esperjenza estensiva fil‑governanza ta' organizzazzjonijiet Maltin kbar, inklużi gruppi u kooperattivi elenkati, b'karigi fil‑passat li jinkludu presidenzi u sħubijiet f'kumitati ta' verifika u ta' maniġġ tar‑riskji f'entitajiet bħal dawn. 

Dr Peter J Baldacchino