Payment Systems

Debiti Diretti

Sa mill-introduzzjoni tar-Regolament dwar iż-Żona Unika ta' Pagamenti f’Euro (SEPA) fl-2012, il-konsumaturi jistgħu jagħmlu użu mid-debiti diretti għal pagamenti regolari. Dan jista’ jsir billi jiffirmaw ftehim ("mandat") sabiex min għandu jħallas jagħti l-permess lil bejjiegħ biex ikun jista' jiġbed flus mill-kont bankarju tax-xerrej meta jkun dovut il-ħlas partikolari.

Id-debiti diretti huma ideali għal pagamenti ta' natura perjodika, bħal pagamenti rikorrenti, abbonamenti ta’ servizzi u pagamenti ta' kontijiet. Id-debiti diretti jippermettu li min iħallas jevita multi għal ħlas mhux fil-ħin. Dan għaliex hija r-responsabbiltà tal-benefiċjarju li jibda l-proċess biex jiġbor il-pagament.

Aktar tagħrif dwar l-Iskema ta’ Debiti Diretti bis-SEPA jista’ tintalab mill-Bank Ċentrali ta’ Malta bl-email.