About Us

Postijiet vakanti

Bħala parti mill‑istrateġija tal‑iżvilupp tiegħu, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta b’mod regolari jistieden lill‑individwi li għandhom kwalifiki akkademiċi u professjonali ta' livell għoli u li huma interessati f'impjieg mal‑Bank, biex jirreġistraw dan l‑interess. Il‑kwalifiki mfittxija mill‑Bank huma lawrji mogħtija minn universitajiet ta' reputazzjoni tajba fl‑oqsma tal‑Ekonomija, l‑Ekonometrika, is‑Servizzi Bankarji u l‑Finanzi, l‑Istatistika, l‑ICT u dixxiplini relatati. Applikanti li huma interessati f'karriera fil‑Bank Ċentrali ta’ Malta huma għalhekk mitluba jibagħtu bl‑email CV dettaljat, fejn jindikaw l‑oqsma tal‑kompetenza tagħhom u l‑interessi tagħhom fir‑rigward tal‑karriera.

Kwalunkwe data personali għandha tiġi pproċessata skont ir‑rekwiżiti tal‑leġiżlazzjoni lokali u tal‑UE applikabbli dwar il‑protezzjoni tad‑data inkluż ir‑Regolament Ġenerali dwar il‑Protezzjoni tad‑Data (Regolament (UE) 2016/679) magħrufa bħala “GDPR”. Kwalunkwe data personali ser tkun viżibbli biss għal numru limitat ta' impjegati tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta u ser tintuża biss għal skopijiet ta’ reklutaġġ. Il‑perjodu ta’ żamma ta’ din id‑data personali huwa skont l‑istrateġija ta' żamma tad‑dokumenti tal‑Bank. Il-kandidati li jissottomettu applikazzjoni għal impjieg mal-Bank Ċentrali ta' Malta għalhekk qed jagħtu l‑kunsens tagħhom biex id‑data personali tagħhom tiġi pproċessata mill-bord tal-għażla maħtur rispettiv biex jevalwa l-eliġibilità tal-kandidati għall-pożizzjoni li għaliha saret l-applikazzjoni. Skont il‑GDPR, l‑applikanti għandhom dritt ta' aċċess u ta’ portabilità tad‑data personali tagħhom, kif ukoll id‑dritt li jirrettifikaw, iħassru u jirrestrinġu d‑data personali tagħhom u li joġġezzjonaw għall‑ipproċessar u kif ukoll id‑dritt li jirtiraw il‑kunsens tagħhom. Ilmenti dwar il‑protezzjoni tad‑data jistgħu jintbagħtu wkoll lill‑Uffiċċju tal‑Kummissarju għall‑Informazzjoni u l‑Protezzjoni tad‑Data permezz tas‑sit elettroniku www.idpc.org.mt.

Il-Bank Ċentrali taMalta huwa impjegatur inklussiv u jinkoraġġixxi applikazzjonijiet minn kandidati irrispettivament mis-sess tagħhom, l-identità tal-ġeneru, l-etniċità, l-orjentazzjoni sesswali, l-età, ir-reliġjon, id-diżabilità jew karatteristiċi oħra.


  • 175/2025

    Senior Officer Property, Facilities and Projects

    The Central Bank of Malta is inviting applications to fill the position of Senior Officer Property, Facilities and Projects. Mainly responsible to deliver projects end-to-end, from inception until completion, to oversee refurbishments, upgrades, modifications and enhancements to the Bank’s premises and infrastructure, etc.

  • 233/2025

    Economist

    The Central Bank of Malta is inviting applications to fill the position of Economist. To analyse economic and financial developments and contribute to the preparation of macroeconomic forecasts. To support the Bank’s research activities.