Contact

Jiem Kulturali Ewropej 2015 tal-BĊE ġewwa Frankfurt

zfin-malta

Ir-rikkezza u d-diversità kulturali ta' Malta ser jiġu ppreżentati fuq palkijiet madwar Frankfurt matul il-Jiem Kulturali Ewropej tal-Bank Ċentrali Ewropew li se jsiru bejn it-3 ta' Novembru 2015 u l-20 ta' Frar 2016. Il-Bank Ċentrali ta' Malta ser joffri l-wirt kulturali ta' Malta lill-udjenzi fi Frankfurt permezz ta' programm li jirrifletti wkoll l-impetu pprovdut mill-għażla tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018. Hu ta' pjaċir għall-Bank Ċentrali ta' Malta li t-tenur Malti magħruf mad-dinja kollha, Joseph Calleja, ser jgħin fit-tnedija tal-programm kulturali fit-3 ta' Novembru 2015, bis-sehem ukoll tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali mmexxija mill-Maestro Brian Schembri. 

Il-programm sħiħ jinsab hawn.

L-albums tar-ritratti tal-avvenimenti:
3 November 2015 - Opening Concert
8 November 2015 - Quintessence Renzo Spiteri
12 November 2015 - Literary Performance
16 November 2015 - Violin Concert Carmine Lauri
18 November 2015 - Art Exhibition Vernissage
20 November 2015 - ZfinMalta Dance Performance
27 November 2015 - Charity Concert
30 November 2015 - Lectures
1 December 2015 - Concert by Lydia Caruana
2 December 2015 - Harp Concert
9 December 2015 - Concert by Cosmos Wind Ensemble
15 December 2015 - Big Band Brothers Concert
20 February 2016 - The Rose Tattoo