Payment Systems

Proċess għall-ilmenti fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi ta’ pagament

Jekk persuna, fil-kapaċità naturali jew legali tagħha, ma tkunx sodisfatta bis-servizz ipprovdut minn fornitur tas-servizzi ta' pagament, hija tista' tressaq ilment. Filwaqt li l‑Bank Ċentrali ta' Malta ma jinvestigax ilmenti individwali sottomessi minn persuni jew minn mikrointrapriżi, il-fornitur tas-servizzi ta' pagament għandu jkollu proċedura għall-ilmenti biex isolvi tilwim. Dan skont Central Bank of Malta Directive No. 1 on the Provision and the Use of Payment Services.

Il-proċedura kif deskritta hawn taħt tipprovdi gwida għall-individwi li jridu jressqu lment:

1. Ressaq ilment lill-fornitur tas-servizzi ta' pagament

Jekk persuna jkollha problema bis-servizzi pprovduti mill-fornitur tas-servizz ta' pagament, l-aħjar hu li tibda billi tikkuntattja lil dan il-fornitur direttament permezz tal-proċedura rispettiva għall-ilmenti. Informazzjoni dwar kif għandu jitressaq l-ilment hija normalment disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-fornitur ta' dan is-servizz kif ukoll fuq it-termini u l-kundizzjonijiet tas-servizz finanzjarju. Il-fornitur tas-servizzi ta' pagament għandu jissottometti tweġiba fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol minn meta jirċievi l-ilment.

2. Irreferi l-ilment lill-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (jekk persuna naturali jew mikrointrapriża) jew lill-Bank Ċentrali ta' Malta (jekk persuna legali)

Jekk il-persuna li tilmenta ma tkunx sodisfatta bit-tweġiba pprovduta mill-fornitur tas-servizzi ta' pagament, kemm il-persuni kemm hi kif ukoll il-mikrointrapriżi, skont il-każ, jistgħu jirreferu l-ilment lill-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (Arbitru) li huwa korp awtonomu u indipendenti bis-setgħa li jagħmilha ta' medjatur, jinvestiga, u jiddeċiedi lmenti kontra fornituri ta' servizzi ta' pagament liċenzjati mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA). Għal aktar informazzjoni dwar l-Arbitru inti ġentilment mitlub iċċempel fuq (+356) 80072366, (+356) 21249245 jew (+356) 79219961, jew inkella żżur is-sit elettroniku tal-Arbitru.

Persuni legali jistgħu jressqu lment mal‑Bank Ċentrali ta' Malta billi jżuru s‑sit elettroniku tal‑Bank Ċentrali ta' Malta. Għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja:

  • L-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna li qiegħda tressaq l-ilment;
  • L-identità tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament involut;
  • Deskrizzjoni qasira u ċara tas-sitwazzjoni li wasslet għall-ilment.