Rokna tal-Gvernatur

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jwaqqaf il-Professorat fl-Ekonomija tiegħu fl-Università ta’ Malta

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta (il-Bank) iffirma ftehim flimkien mal-Università ta’ Malta u t-Trust tal-Università għar-Riċerka, Innovazzjoni u Żvilupp (RIDT) li jippermetti t-twaqqif mill-ġdid ta’ Professorat fl-Ekonomija tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u studji relatati fi ħdan il-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy (FEMA) fl-Università ta’ Malta għat-tliet snin akkademiċi li ġejjin.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jwaqqaf mill-ġdid il-Professorat fl-Ekonomija tiegħu fl-Università ta’ Malta

Il-Bank inkariga lit-Trust tal-Università għar-Riċerka sabiex jimmaniġġja l-proġett ta’ €30,000. Il-ftehim ġie ffirmat mill-Gvernatur tal-Bank, il-Professur Edward Scicluna, mir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella, u mill-Professur Saviour Zammit f’isem l-RIDT u ser jiffaċilita l-involviment ta’ professuri barranin biex jagħtu lekċers, jipprovdu konsulenza professjonali u jipparteċipaw f’seminars organizzati mill-Università kif ukoll mill-Bank. Permezz ta’ dan il-ftehim, l-impjegati tal-Bank ser jiġu eżentati mill-ħlas jekk isegwu l-kors tal-Master of Science fl-Ekonomija fl-Università ta’ Malta.

Iċ-ċerimonja tal-iffirmar tal-ftehim saret fil-25 ta’ Lulju 2022 fil-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Group Photo
L-Ewwel Ringiela mix-xellug: Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Professur Edward Scicluna, u r-Rettur tal-Università ta’ Malta, il-Professur Alfred Vella
It-Tieni Ringiela mix-xellug: Id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, Mr Alexander Demarco, iċ-Chief Operating Officer tal-Bank, Daniele Romano, iċ-Chief Officer-Economics tal-Bank, Dr Aaron Grech, il-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta, Dr Carl Camilleri,
u l-Professur Saviour Zammit f’isem l-RIDT.

Ritratti: Melvin Bugeja