Donazzjoni mill-impjegati tal-Bank Ċentrali lil Hospice Malta
Il-Gvernatur tal-Bank, il-Professur Edward Scicluna, ippreżenta donazzjoni lil Mr Andrew Zammit, Chief Relations Officer tal-Hospice Malta. Il‑flus miġbura mill‑impjegati tal‑Bank Ċentrali waqt l‑attivitajiet ta' Pink October u Movember organizzati mill‑Kumitat Kulturali tal‑Bank ġew mogħtija lil Hospice Malta matul ċerimonja li saret it‑Tlieta 23 ta' Novembru 2021 fil‑Bank Ċentrali.
Aqra iktar hawn.

Mix-xellug: Chief Relations Officer tal-Hospice Malta, Mr Andrew Zammit, il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, u l-President tal-Klabb Soċjali tal-Bank Ċentrali, Mr Antoine Scicluna
