About Us

Central Bank of Malta Foundation

Dwarna

Fil‑5 ta’ Lulju 2019, wara deċiżjoni tal‑Bord tad‑Diretturi, ġiet stabbilita fondazzjoni mill‑Bank Ċentrali ta’ Malta (il‑Bank) ta’ benefiċċju pubbliku bit‑titlu Central Bank of Malta Foundation (il‑‘Fondazzjoni’) kostitwita taħt l‑Att dwar l‑Organizzazzjonijiet Volontarji, Kapitlu 492 tal‑Liġijiet ta’ Malta u kif ipprovdut fit‑Tieni Skeda tal‑Kodiċi Ċivili, Kapitlu 16 tal‑Liġijiet ta’ Malta. 

Il‑Bank iwettaq l‑istrateġija tiegħu ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva primarjament permezz tal‑Fondazzjoni, li l‑missjoni tagħha hija li tamministra fondi maħsuba biex jappoġġjaw proġetti ta’ statura nazzjonali b'viżibilità dejjiema relatati mal‑edukazzjoni, il‑kultura, ir‑riċerka xjentifika, il‑preservazzjoni tal‑wirt nazzjonali Malti, u kawżi soċjali. Ikklikkja hawn biex tapplika.

Il‑Fondazzjoni tippromwovi wkoll ir‑riċerka u edukazzjoni ogħla.

Il‑Fondazzjoni hija responsabbli għat‑twaqqif tal‑Art Gallery tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta u għall‑amministrazzjoni tal‑Mużew tal‑Muniti tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta.

Bord ta' Amministraturi

Il‑Fondazzjoni hija rregolata minn Bord awtonomu ta’ Amministraturi. Terz tal‑Bord ta’ Amministraturi huwa femminili. Attwalment jikkonsisti minn:

Chairperson
Ir‑Reverendu Dr Marius J. Zerafa OP, SThL & Lic, Dr Sc Soc, BA Hons (Lond), AR Hist Soc (Lond)
ex Kuratur tal‑Malta Fine Arts u Direttur tal‑Mużewijiet

Il‑Professur Yosanne Vella, BEd (Hons), MA (Lond), MPhil (Lond), PhD (UWE Bristol)
Università ta’ Malta

Il‑Professur Marvin Formosa, BPsy, PGCE, MA, PhD (Bristol)
Università ta’ Malta

Mr Narcy Calamatta, BA Hons (Melit)

Dr Pauline Lanzon LL.D
Kap tal‑Legal Department, Bank Ċentrali ta’ Malta

Teżorier
Mr Raymond Filletti, FIA, ACIB, MBA (Henley)
Chief Officer ‑ Financial Control and Risk, Bank Ċentrali ta’ Malta

Segretarja
Dr Raisa Spiteri, LL.D.
Esperta ‑ Legal Department, Bank Ċentrali ta’ Malta


CBM Foundation

Ringiela ta’ Quddiem: Ir‑Reverendu Dr Marius J. Zerafa
Ringiela tan‑Nofs: Ms Nadia Abdilla (sostitwita minn Dr Raisa Spiteri), Dr Pauline Lanzon, il‑Professur Yosanne Vella
Ringiela ta’ Wara: Mr Narcy Calamatta, il‑Professur Marvin Formosa, Mr Raymond Filletti

Statut

L‑istatut tal‑Fondazzjoni jistabbilixxi l‑għanijiet u l‑iskopijiet, u s‑setgħat u l‑funzjonijiet tal‑Fondazzjoni. L‑istatut jistabbilixxi wkoll il‑ħatra u l‑kompożizzjoni tal‑Bord ta’ Amministraturi u l‑proċeduri tiegħu. L‑istatut jiddeskrivi wkoll ir‑rappreżentazzjoni legali u ġudizzjarja, l‑operazzjonijiet finanzjarji u l‑verifika tiegħu.

Organizzazzjoni Volontarja

Il‑Fondazzjoni hija mniżżla bħala organizzazzjoni volontarja taħt ir‑referenza VO/1791 mal‑Uffiċċju tal‑Kummissarju għall‑Organizzazzjonijiet Volontarji.

L‑Uffiċċju tal‑Kummissarju huwa wkoll l‑awtorità regolatorja responsabbiltà għal dan is‑settur, li tagħmel monitoraġġ u tissorvelja l‑attivitajiet tal‑organizzazzjonijiet volontarji u kif ukoll tappoġġjahom.

Avvenimenti

Il‑Fondazzjoni torganizza lekċers pubbliċi u avvenimenti oħrajn dwar suġġetti relatati mal‑oqsma ta’ attività tal‑Fondazzjoni. Il‑lekċers pubbliċi huma miftuħin għall‑pubbliku. Żur il‑paġna tal‑avvenimenti tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta għal lista aġġornata.

Jekk tixtieq li tibda tirċievi notifiki dwar lekċers pubbliċi ġodda, jekk jogħġbok irreġistra hawn.

Ikkuntattja lill-Fondazzjoni

Email: - [email protected]

Numru tat-telefown: (+356) 2550 4350

Indirizz:

Central Bank of Malta Foundation
Il-Bank Ċentrali ta' Malta
Pjazza Kastilja
Il-Belt Valletta  VLT 1060
MALTA