Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jorganizza taħriġ għall-impjegati flimkien mal-EIOPA
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta flimkien mal-Awtorità Ewropea għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) organizza taħriġ ta’ jumejn għall-impjegati li jaħdmu f'oqsma relatati mal-istabbiltà finanzjarja.
Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, indirizza l-għeluq tal-programm. Hu rringrazzja lill-Professur Jakubik għas-servizzi tiegħu lill-Bank fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja. Irrefera għall-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet makroprudenzjali, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali. Hu qal li l-Bank innota mill-esperjenza kemm l-investiment fit-taħriġ għall-impjegati tiegħu huwa ta’ benefiċċju kbir għall-Bank.
Aqra iktar hawn.
Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, jindirizza l-għeluq tal-programm ta' taħriġ ta' jumejn għall-impjegati