- Home
-
- Rokna tal-Gvernatur
-
- Il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Bank Ewropew tal-Investiment ospitaw Konferenza ‘Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Newtrali tal-Karbonju’
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Bank Ewropew tal-Investiment ospitaw Konferenza ‘Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Newtrali tal-Karbonju’
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment organizzaw flimkien konferenza ibrida bit-titolu “Finanzjament tat-tranżizzjoni għal ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju”. Din saret it-Tnejn 5 ta’ Settembru 2022 fil-Bank Ċentrali ta’ Malta fil-Belt Valletta.

Il-Gvernatur tal-Bank, il-Professur Edward Scicluna, għamel il-kummenti tal-ftuħ tiegħu u qal kif “fis-snin li ġejjin, l-awtoritajiet regolatorji ser jintroduċu l-inċentivi xierqa fir-regolamenti tas-servizzi finanzjarji sabiex il-fluss ta’ kreditu lejn l-ekonomija newtrali tal-karbonju tkun ta’ prijorità. Madankollu, jeħtieġ li jsir ħafna aktar kemm mill-istituzzjonijiet finanzjarji nfushom kif ukoll mill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji.”
Aktar informazzjoni dwar il-konferenza tinsab fl-istqarrijia tal-midja. Il-filmat tal-konferenza jinsab hawn.

Ritratti: Melvin Bugeja