Rokna tal-Gvernatur

Il-Caritas u l-Bank jiffirmaw ftehim biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-impjegati

Il-Bank Ċentrali ta' Malta ffirma ftehim ġdid mal-Fondazzjoni Caritas Malta, biex jestendi l-Programm ta' Għajnuna għall-Impjegati tiegħu għal perjodu ta' tliet snin.

Skont dan il-ftehim, il-Caritas toffri l-għajnuna lill-impjegati tal-Bank u lill-familji immedjati tagħhom f'firxa ta' materji personali u relatati max-xogħol.

Il-ftehim ġie ffirmat mill-Gvernatur tal-Bank, il-Professur Edward Scicluna, u d-Direttur tal-Fondazzjoni Caritas Malta Anthony Gatt.

Il-Caritas u l-Bank Ċentrali ta’ Malta jiffirmaw ftehim biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-impjegati

Il-Caritas u l-Bank Ċentrali ta’ Malta jiffirmaw ftehim biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-impjegati

Mix-Xellug: Anthony Gatt, Direttur Fondazzjoni Caritas Malta, Anġlu Fenech, Administrative Secretary, il-Gvernatur Edward Scicluna, id-Deputat Gvernatur Oliver Bonello u d-Deputat Gvernatur Alexander Demarco