Rokna tal-Gvernatur

Il-Gvernatur jindirizza t-tnedija tar-Rapport Annwali għall-2022

Fl-20 ta’ April 2023, il‑Bank Ċentrali ta’ Malta ppubblika r‑Rapport Annwali tiegħu għall‑2022 waqt tnedija li saret fil-Bank Ċentrali ta’ Malta, Binja Laparelli, fil‑Belt Valletta. It‑tnedija kienet indirizzata mill‑Gvernatur tal‑Bank Ċentrali ta’ Malta, il‑Professur Edward Scicluna, mid-Deputat Gvernatur għall‑Politika Monetarja Mr Alexander Demarco, mid-Deputat Gvernatur għall‑Istabbiltà Finanzjarja Mr Oliver Bonello, u miċ-Chief Economist Dr Aaron Grech.

Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, jindirizza lill-udjenza
Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna, jindirizza lill-udjenza

Il‑Gvernatur, il‑Professur Edward Scicluna, qal li l‑inflazzjoni fiż‑żona tal‑euro telgħet għal 10.6% matul l‑2022. Dan irrifletta spejjeż ogħla tal-enerġija u żieda fil-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel. Il‑Kunsill Governattiv tal‑BĊE ħa deċiżjonijiet sodi billi għolla r‑rati tal‑imgħax biex jilħaq l‑għan tiegħu ta’ inflazzjoni ta’ 2% fuq żmien medju. It‑trażmissjoni tal‑politika monetarja fis‑swieq finanzjarji, inklużi r‑rati tas‑self tal‑households u tan-negozji, kienet effettiva b’mod ġenerali fiż-żona tal-euro, għalkemm ir‑rispons f’Malta jkun bil‑mod. Għalkemm ir-rati tal-inflazzjoni laħqu l-ogħla livell tagħhom, għadhom għoljin wisq, u wieħed jistenna li l-BĊE jkompli b’aktar issikkar.  

Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna
Il-Gvernatur, il-Professur Edward Scicluna

Ritratti: Melvin Bugeja

Aqra iktar hawn.