Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jifraħ lill-erba’ impjegati għall-ħamsa u għoxrin sena servizz
Il-Gvernatur tal-Bank, il-Professur Edward Scicluna, flimkien mad-Deputati Gvernaturi Alexander Demarco u Oliver Bonello u ċ-Chief Human Resources Officer Paul Farrugia feraħ lill-erba' impjegati tal-Bank Ċentrali ta' Malta li dan l-aħħar iċċelebraw il-ħamsa u għoxrin sena ta' servizz tagħhom fil-Bank. Il-Gvernatur irringrazzja lill-erba' impjegati kollha għax-xogħol ħabrieki, id-dedikazzjoni u l-lealtà tagħhom murija matul dawn il-ħamsa u għoxrin sena ta' servizz.
L-erba' impjegati, Antoinette Bonello, Frances Camilleri, Maria Attard, u Mariella Camilleri ngħataw tifkira għal din l-okkażjoni speċjali.
Maria Attard mal-Gvernatur tal-Bank
Antoinette Bonello mal-Gvernatur tal-Bank
Frances Camilleri mal-Gvernatur tal-Bank
Mariella Camilleri mal-Gvernatur tal-Bank
Ritratti: Melvin Bugeja