Laqgħa tal-Gvernatur mal-Ambaxxatur tat-Tuneżija l-E.T. Yassine El Oued
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Professur Edward Scicluna, kellu żjara ta' korteżija mill-E.T. Yassine El Oued, Ambaxxatur Tuneżin għal Malta, il-Ħamis 12 ta' Awwissu 2021.
Jakkumpanja lill-E.T. kien hemm l-Ewwel Segretarju tiegħu fl-Ambaxxata tat-Tuneżija, Mr Mohamed Wael Khammassi.
Il-laqgħa saret fl-uffiċċju tal-Gvernatur. Preżenti wkoll għal-laqgħa kien hemm il-Maniġer tal-International Relations Department, Dr Kalina Koleva, u Mr Ahmed Hnesh, Research Officer fi ħdan l-International Relations Department.
Il-laqgħa kienet dwar ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi u l-possibbiltà ta' opportunitajiet ġodda ta' kooperazzjoni. Il-Professur Scicluna qal: "Malta u t-Tuneżija huma ġirien u ħbieb qrib ta' xulxin, u l-vera ħbieb issibhom fil-mument tal-bżonn."


